"Kuraġġ" Текст
„Kuraġġ“ има текстове на малтешки језику.
Значење „Kuraġġ“ долази са малтешки језика и тренутно није конвертовано у енглески превод.
Dan huwa l-kontribut ċkejken tiegħi f’dawn iż-żminijiet diffiċli li qatt ma ħsibna li se jiġu fuqna…
Mhux faċli, iżda hemm bżonn li niftakru f’dawk il-mumenti sbieħ li għexna għaliex dawn xi darba żgur se jerġgħu jiġu.
Kuraġġ! Dawn il-jiem xi darba jridu jgħaddu. Imma għalissa hemm bżonn li nieħdu paċenzja, nissaportu, insibu wens f’dawk l-iktar qrib tagħna ġo djarna u nsiru nafuhom u nħobbuhom ftit aħjar. Ejja nitgħallmu delizzji u affarjiet ġodda u nużaw dan il-ħin li ġie mogħti lilna biex insibu dik il-paci li forsi s’issa qatt ma stajna nsibu.
Bħalissa għandna f’idejna l-ikbar rigal… noqgħodu d-dar u nibżgħu għal saħħitna, għal uliedna u għal Malta u Għawdex tagħna. Kuraġġ! ????????
U min jaf? Wara dan kollu, jista’ jkun hemm triq sabiħa li se nsibuha biss għax se nkunu għaddejna minn din it-tbatija. Kuraġġ!
Napprezza mmens jekk tagħmel ‘Like’ u ‘Share’ ħalli nkomplu nxerrdu messaġġ pożittiv f’dan il-mument iebes għalina kollha. ????
Filmat u Editjar: Iles92 Videography